3 trabi Maltin ta’ 10 xhur jinsabu għall-kura fl-Ingilterra

Tlett itrabi Maltin ta’ għaxar xhur jinsabu rikoverati fl-isptar Great Ormond fl-Ingilterra.
Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca żaret dan l-isptar fejn ippreżentat donazzjoni.
Hija ltaqgħet ukoll mat-tabiba Maltija Daniela Grima li tispeċjalizza fil-mard tal-kliewi tat-tfal u mat-tabib Alessandro Giardini, li huwa speċjalista fil-mard tal-qalb tat-tfal.
Il-President ta’ Malta żaret ukoll l-isptar Nazzjonali tan-Newroloġija fejn qed jingħataw il-kura ħames pazjenti Maltin.
F’dan l-isptar iltaqgħet ma’ John Green, li huwa l-patient governor Malti.
Saret żjara wkoll fl-isptar King’s College fejn hemm rikoverata tifla ta’ tmien snin.
Il-ftehim tal-kura tas-saħħa bejn Malta u l-Ingilterra ilu fis-seħħ 40 sena.

Ritratt: DOI