3 tazzi għal Swieqi Yobetit Phoenix

Swieqi Yobetit Phoenix rebħu l-finali tan-Knock tal-handball kontra Kavallieri RS2. Swieqi rnexxielhom jirbħu bl-iskor ta’ 40 għal 21. Din it-tazza kienet it-tielet waħda li Swieqi rebħu dan l-istaġun hekk kif rebħu wkoll l-Independence Cup u l-Kampjonat.

Mis-sezzjoni ta’ taħt il-15-il sena Swieqi Wurth Phoenix rebħu lil Luxol 25-15, filwaqt li Aloysians rebħu lil Kavallieri RS2 25-22. Mit-tieni diviżjoni tal-handball tal-irġiel, Hamrun Gasan Mamo H.C. rebħu kontra HMS ZT Properties bl-iskor ta’ 35 għal 25.