3 studenti ħadu pilloli tal-irqad; jiddaħħlu fl-Isptar ta’ Għawdex

Dalgħodu, fl-iskola sekondarja tar-Rabat Għawdex, tliet studenti kellhom jittieħdu l-isptar minħabba, kif stqarrew huma, ħadu pilloli tal-irqad. Il-ġenituri ġew mgħarrfa mill-ewwel u marru jassistu l-isptar. Il-pulizija daħlet ukoll fil-każ.

Sadanittant, student minnhom ħareġ mill-isptar u t-tnejn l-oħra nżammu għall-osservazzjoni.

Jidher li għall-ħabta tad-9.15am marru tliet ambulanzi fl-iskola li ħadu lit-tliet itfal l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Il-Pulizija kkonfermaw li għaddejja investigazzjoni dwar il-każ iżda ma kkonfermawx li huwa każ ta’ Overdose.