3 studenti arrestati fil-Junior College minħabba droga

Tliet studenti ttieħdu mill-Pulizija għall-interrogazzjoni wara li lbieraħ waslulhom rapporti li xi studenti setgħu kienu qed jagħmlu użu minn sustanzi projbiti fil-Junior College.
Fi stqarrija mibgħuta mill-Junior College, qalet li l-awtoritajiet tal-kulleġġ mill-ewwel ħadu azzjoni u ġiet infurmata l-pulizija li ssejħet fuq il-post. Insistew li l-awtoritajiet tal-Junior College huma kommessi li joffru ambjent san lil 2,000 student li jattendu dan il-kulleġġ u qed jieħdu l-miżuri kolha meħtieġa sabiex l-ebda abbuż fl-imġiba tal-istudenti ma jkun tollerat.
Fl-istess stqarrija, l-amministrazzjoni saħqet li s-sigurtà hija prijorità għalhekk l-istudenti li jidħlu fil-kulleġġ iridu juru l-ID tal-istudenti.