3 Somali jinżammu arrestati wara li weġġgħu Libjan

Tlett Somali ta’ 30, 32 u 36 sena tressqu l-Qorti akkużati li weġġgħu Libjan li kien qed jgħix magħhom fl-istess appartament.
Il-każ seħħ nhar it-Tlieta li għadda fil-11.30 ta’ bil-lejl f’appartament fiż-Żurrieq.
Huma kienu mixlija wkoll li serqu l-kartiera tal-Libjan u li saru reċedivi.
Is-Somali wieġbu li ma kienux ħatja u nżammu taħt arrest preventiv.