3 snin priġunerija wara li seraq minn dar f’Ħal Tarxien

Christian Bonello, ta’ 29 sena minn Raħal Ġdid ingħata s-sentenza ta’ tliet snin priġunerija wara li ammetta li seraq minn dar f’Ħal Tarxien.
Huwa qal li wettaq din is-serqa biex ikollu l-flus għad-droga.
Huwa ammetta wkoll li żamm għandu affarijiet misruqa, li sar riċediv u li wettaq ir-reat fi żmien meta kien qed jiskonta sentenza sospiża fuq każ ieħor.
Il-valur tal-oġġetti misruqa kienu jammontaw għal €2,300.
Il-Qorti ordnat ukoll li Bonello għandu jibda l-programm għar-rijabilitazzjoni mid-droga.