3 snin mill-mewt ta’ Rennie Vella

Kien bħal-lum 3 snin li l-preżentatur Rennie Vella kien ħalliena, proprju fl-10 ta’ Jannar 2017 fl-età ta’ 55 sena.

Vella mhux biss kien jippreżenta għadd ta’ programmi li twasslu fuq stazzjonijiet bħal Max Plus, Net u One, iżda wkoll kien kantant u anki attur.

Kien ukoll involut fil-filantropija u kien jorganizza mixjiet biex iqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider u anki jorganizza maratoni biex jiġbor fondi għat-tfal tal-Etjopja.

Vella kien miżżewweġ lil Paulanne u kien missier ta’ tnejn, Luke u Claire. L-aħħar programm li rajnieh jippreżenta kien Better Living flimkien ma’ martu Paulanne fuq l-istazzjon One.

Bla dubju li Rennie jibqa’ jgħix għal ħafna snin li ġejjin fil-memorja ta’ ħafna Maltin.