3 snin mill-inċident ta’ Paqpaqli; jirċievu kumpens

11-il persuna li weġġgħu waqt l-edizzjoni ta’ Paqpaqli għall-Istrina tal-2015 irċevew kumpens wara diskussjonijiet li saru bejn ir-rappreżentanti tal-persuni involuti.

Il-kumpens qed jitħallas mill-kumpanija tal-assigurazzjoni li kopriet l-attività u l-Gvern. Skont kelliem għall-Uffiċċju tal-President, il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-ebda ammont ta’ flus mhu se jagħmel tajjeb għat-tbatija li ġarrbu l-vittmi. Hija qalet li tal-inqas tittama li l-kumpens jgħin biex tittaffa xi ftit it-tbatija.

Il-kumpens lill-vittmi ma għandu l-ebda effett fuq il-kawża kriminali li għadha qed tinstema’ mill-Qorti Kriminali.