Mara ta’ 45 sena minn Wied il-Għajn ġiet ikkundannata tliet snin ħabs talli serqet minn dar li daħlet fiha wara li gidbet li kienet professjonista tas-saħħa.
Natalie Bonello issa wieġbet ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha. Qabel kienet qed tisħaq li mhix ħatja.
Bonello kienet tressqet il-Qorti f’April li għadda.
L-Ispettur Jonathan Ransley qal li Bonello kienet qed tikkoopera mal-Pulizija u li għenithom isolvu sitt każijiet oħra.
L-avukata tad-difiża kienet Veronica Spiteri.