3 snin ħabs għax aggredixxa persuna fis-servizz pubbliku f’Għawdex

Investiment qawwi fir-riabilitazzjoni tal-priġunieri

Raġel ta’ 25 sena mis-Somalja ntbagħat tliet snin u nofs ħabs wara li aggredixxa persuna fis-servizz pubbliku f’Għawdex.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li r-raġel li hu residenti l-Munxar tressaq il-Qorti ta’ Għawdex illum quddiem il-Maġistrat Monica Vella. Hu ġie akkużat li fit-13 ta’ April, għall-ħabta tal-9.45am hedded u kkawża ġrieħi ħfief fuq persuna nkarigata skond il-liġi li taħdem fis-servizz pubbliku. Il-każ seħħ f’uffiċċju fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat, Għawdex.

Is-Somalu ġie akkużat ukoll li għamel ħsara fl-istess uffiċċju u li kiser il-bon ordni.

L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi. Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.