3 snin ħabs għar-raġel li spara tiri waqt serqa f’Ħaż-Żabbar

Raġel li spara tiri waqt serqa f’Ħaż-Żabbar ġie kkundannat tliet snin ħabs.

Fil-Qorti, Marcus John Calleja ġie akkużat b’attentat ta’ serq f’ħanut tal-ħelu f’Novembru tal-2018. Hu kien wettaq holdup f’ħanut li kien fih erba’ persuni. Ordna lis-sid biex itih il-flus li kellu.

L-akkużat kien wieġeb ħati fi stadju avvanzat tal-proċedimenti kontrih. Calleja għandu 48 sena.

Ilu l-ħabs għal dawn l-aħħar 18-il xahar, dawn se jitnaqqsu mill-piena tiegħu. Intqal li rriforma ruħu u li kien iġib ruħu b’mod eżemplari llum il-ġurnata.

L-avukati tad-difiża kienu Emmanuel Mallia u Ezekiel Psaila. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit, u Joanna Piscopo.

Il-Maġistrat Rachel Montebello kkundannat lil Calleja 36 xhar ħabs. Irid iħallas ukoll €5,791.