3 snin ħabs għar-raġel li attakka żewġ nisa f’Marsalforn

CMRU

Raġel ta’ 30 sena li attakka żewġ nisa f’Marsalforn weħel sentenza ta’ tliet snin u nofs ħabs.

Fil-Qorti ta’ Għawdex Abdiqani Omar Abdillahi li m’għandux indirizz fiss wieġeb ħati tal-akkużi kollha miġjuba kontrih.

Abdillahi ġie akkużat li kkommetta reat sesswali mingħajr kunsens fuq waħda min-nisa, li intimida lill-vittma b’azzjoni sesswali, u li weġġa’ ħafif liż-żewġ nisa fost akkużi oħra. B’kollox kien hemm 10 akkużi kontrih inkluż li kien fis-sakra.

L-inċident seħħ fl-24 ta’ Lulju fis-1am fi Triq il-Port f’Marsalforn.

Jidher li l-Pulizija qed tkompli tinvestiga l-attakk li sar li fih l-akkużat weġġa’ b’mod serju. Jidher li hemm nies oħra involuti li għadhom ma nqabdux.

Fil-Qorti l-akkużat skuża ruħu għal dak li għamel meta kien fis-sakra. Il-Qorti ħadet nota ta’ dan però qalet li mhix skuża li wieħed ikun fis-sakra.

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittmi. Poġġiet lill-akkużat fuq ordni ta’ trattament għall-vizzju tax-xor.