3 snin ħabs għal raġel li wettaq numru ta’ serqiet minn karozzi fil-Gżira

Investiment qawwi fir-riabilitazzjoni tal-priġunieri

Read in English.

Raġel spiċċa weħel tliet snin ħabs wara li nstab ħati b’numru ta’ serqiet minn karozzi fil-Gżira.

Marphil Gauci li għandu 27 sena u ma jaħdimx tressaq quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke. Hu wieġeb ħati tas-serqiet li saru fuq medda ta’ tliet xhur. Is-serqiet qabżu l-valur ta’ €2,329.

Hu ġie akkużat li fit-8 ta’ Awwissu seraq mobile minn karozza pparkjata fil-Gżira. Xi xhur wara seraq oġġetti oħrajn minn karozza pparkjata fl-Imsida. Akkuża oħra kienet dik li kkawża ħsarat fuq żewġ vetturi oħra. L-aħħar każ seħħ nhar l-Erbgħa li għadda.

Fil-Qorti ġew preżentati xi oġġetti li kienu nsterqu mir-raġel u li nstabu għandu. Fit-tfittxijiet, il-Pulizija sabu wkoll window breaker.