3 qabri mejta f’żona protetta

Persuna li kienet miexja minn żona protetta sabet tliet qabri mejta f’distanza qasira.

L-għalliem Kit Azzopardi f’kitba fuq Facebook qal li huwa spiċċa rrabjat u diżappuntat għad-dehra ta’ dawn it-tliet qabri mgħaffġa f’mogħdija qasira.

Żied li jifhem li l-inċidenti jistgħu jsiru iżda ma jemminx li ma jista’ jsir xejn biex jiġu evitati dawn l-inċidenti.

L-għalliem staqsa jekk il-marki tar-roti kinux relatati mal-inċident u jekk dawk il-marki kinux tal-muturi tal-bdiewa jew inkella xi ħadd daħal hemm għall-gost. Huwa ssuġġerixxa li din il-mogħdija tingħalaq għall-muturi u jkun hemm alternattiva sabiex ikun hemm ħarsien aħjar tal-wirt Malti.

Azzopardi spjega li l-qabru huwa endemiku f’Malta u wieħed mill-ispeċi nazzjonali ta’ Malti.

Il-qabru kien stampat fuq il-munita tal-5 ċenteżmi tal-lira Maltija.