3 postijiet ta’ detenzjoni ntużaw għaż-żamma ta’ barranin

Il-Forzi tal-Ordni għandhom 10 postijiet ta’ detenzjoni minbarra l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Fl-aħħar ħames snin, minn dawn l-10 intużaw biss tlieta.
Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia ta dawn id-dettalji fil-Parlament. Huwa qal li l-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana, il-kustodja tal-Pulizija fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-barracks ta’ Ħal Safi ntużaw biex jinżammu persuni ta’ nazzjonalità barranija.