3 persuni oħra jmutu bil-Covid-19

Koppja anzjana lebsin maskra tal-wiċċ mexjin f’triq immarkata apposta sabiex tinżamm id-distanza soċjali, matul il-ħinijiet meta l-anzjani jistgħu joħorġu barra, hekk kif il-coronavirus (COVID-19) għadha qed tinfirex, f’Barċellona, Spanja, 11 ta’ Mejju, 2020. REUTERS/Nacho Doce

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa tliet anzjani sfaw vittma tal-Covid-19 fil-Gżejjer Maltin. It-tliet anzjani li huma kollha rġiel kelljom bejn is-77 u 87 sena.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 81 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fit-3 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ anzjan ta’ 87 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-29 ta’ Ottubru, miet aktar kmieni llum fil-Good Samaritan long term facility.

Fit-tielet każ anzjan ta’ 77 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-10 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

In-numru ta’ persuni li mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 issa tela’ għal 88.

Il-Ministeru għas-Saħħa, bagħat il-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani u appella biex kulħadd ikun prudenti u jsegwi l-miżuri ta’ prevenzjoni biex b’hekk wieħed jipproteġi lil dawk l-aktar vulnerabbli.

Illum f’Malta ġew irreġistrati 141 każ ġdid tal-coronavirus. L-ammont ta’ każijiet attivi huwa ta’ 2081.