3 persuni mejta wara attakk b’sikkina fi Franza

E Ciotti - Twitter

Read in English.

Raġel attakka u qatel tliet persuni b’sikkina fi knisja fil-Belt ta’ Nizza. L-attakk seħħ il-Ħamis filgħodu bil-pulizija tgħid li dan qiegħed jiġi meqjus bħala attakk terroristiku.

Is-Sindku Christian Estrosi fuq Twitter qal li attakk seħħ fil-Knisja jew viċin il-bażilika ta’ Notre Dame. Il-pulizija qalet li qiegħda żżomm lill-aggressur arrestat.

Il-Ministru tal-Intern Gérald Moussa Darmanin qal li l-pulizija għaddejja bl-operazzjoni tagħha fil-Belt filwaqt li Estrosi qal li dan ġie arrestat.