3 persuni l-isptar wara ħabta fl-Imtaħleb

Read in English.

Tliet persuni ttieħdu l-isptar, wieħed f’kundizzjoni gravi, wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fl-Imtaħleb, fil-limiti tar-Rabat.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għall-ħabta tal-11:30am. Il-ħabta kienet bejn żewġ karozzi. Waħda kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena residenti r-Rabat u l-oħra kienet misjuqa minn raġel ta’ 41 sena minn Wied il-Għajn.

Fil-karozza taż-żagħżugħ kien hemm passiġġier ta’ 24 sena residenti l-Imtarfa.

It-tliet irġiel ittieħdu l-isptar Mater Dei. Ir-raġel ta’ 41 sena weġġa’ gravi filwaqt li ż-żewġ persuni l-oħra weġġgħu ħafif.