3 persuni jmutu bil-Covid-19

111 mewt b'riżultat tal-pandemija f'Malta

anzjan

L-awtoritajiet tas-saħħa rrapurtaw il-mewt ta’ tlett persuni – żewġ irġiel u mara – waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

B’hekk in-numru ta’ mwiet ikkawżati mill-pandemija f’Malta laħaq 111.

L-ewwel każ kien ta’ raġel ta’ 80 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-9 ta’ Novembru. L-anzjan miet fl-Isptar Mater Dei nhar il-Ġimgħa.

Iż-żewġ persuni oħra – mara ta’ 82 sena u raġel ta’ 70 sena – mietu aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-mara kienet irriżultat pożittva għall-Covid-19 fid-9 ta’ Novembru, filwaqt li r-raġel kien ikkonfermat pożittiv fis-6 ta’ Novembru.

Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, u appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni biex jissalvagwardjaw lil dawk l-aktar vulnerabbli.