Read in English.
Tliet persuni nqabdu barra minkejja li suppost qegħdin kwarantina.
Dan tħabbar fl-aġġornament li joħroġ il-Gvern dwar il-coronavirus ta’ kuljum.
Dawn it-tliet persuni suppost kienu qegħdin kwarantina b’mod obbligatorju. Inqabdu waqt it-393 spezzjoni li saru mill-pulizija fl-aħħar 24 siegħa. Għaldaqstant l-awtoritajiet s’issa ħarġu 77 multa b’rabta mal-kwarantina obbligatorja.
Intant, 18-il persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.
Illum il-Prof. Charmaine Gauci ħabbret żewġ każijiet ġodda tal-coronavirus u 12-il persuna oħra mfejqin.
L-appell tal-Gvern għadu li kulħadd għandu jkun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.