3 persuni arrestati: suspettati li ttorturaw immigranti fil-Libja

Pulizija Italja

Read in English.

Tliet persuni ġew arrestati mill-prosekuturi Taljani għax kien suspettat li ttorturaw immigranti fiċ-ċentru ta’ ditenzjoni fil-majjistral tal-Libja. L-irġiel, wieħed ta’ 22 sena mill-Guinea, u żewġ Eġizzjani ta’ 26 u 24 sena hu maħsub li jagħmlu parti minn grupp li jaħtaf u jitratta b’mod ħażin mijiet ta’ persuni. Dan qalitu l-ordni ġudizzjarja ta’ Reuters.

Il-prosekuturi ġabru x-xhieda minn diversi immigranti miżmuma fl-ex bażi militari ta’ Zawiya.

Iċ-ċentri ta’detenzjoni Libjani għall-immigranti huma ta’ spiss ikkontrollati minn gruppi armati. Persuni li jaħdmu biex joffru għajnuna lill-immigranti kif ukoll gruppi li jiġġieldu favur id-dritt tal-bniedem appellaw biex dawn il-postijiet jingħalqu. Sfortunatament iċ-ċentri baqgħu għaddejjin bl-operat tagħhom. Dawn irċivew persuni ġodda li niżlu minn dgħajjes li ġew interċettati mill-gwardjani tal-kosta.