3 pazjenti bl-Ebola jfiequ jew jaqilbu għall-aħjar

Il-cameraman Amerikan li ilu l-isptar f’Nebraska ġimgħatejn minħabba l-virus tal-Ebola, fieq u se jintbagħat id-dar.
Il-cameraman kien il-Liberja, jiġbed għal dokumentarju għall-istazzjon Amerikan NBC, meta laqqat il-virus.
Iżda fl-aħħar 3 ijiem, it-testijiet urew li s-sintomi tal-Ebola telqu.
Fl-aħħar sigħat kien hemm aħbarijiet pożittivi wkoll għaż-żewġ infermieri, fl-Amerika u fi Spanja, li kkuraw pazjenti bl-Ebola li huma wkoll laqqtu l-virus.
L-infermiera Amerikana qalbet għall-aħjar waqt li dik Spanjola fieqet għal kollox.