3 pajjiżi oħra jieħdu aktar immigranti minn Malta

DOI: Kevin Abela

Il-Belġju, l-Irlanda u l-Italja qalu li għandhom jieħdu xi immigranti mill-bastiment Lifeline, wara li grupp minnhom diġà telaq għan-Norveġja lbieraħ.

Fost dan il-grupp kien hemm omm u binha.

Dawn l-immigranti waslu Malta fis-27 ta’ Ġunju fuq il-bastiment MV Lifeline, li nżamm Malta għal dawn l-aħħar xahrejn, u infetħet inkjesta maġisterjali fuq il-kaptan tiegħu, Claus-Peter Reisch.