​3 ommijiet l-għassa wara li ġġieldu quddiem skola

Tliet ommijiet ittieħdu l-Għassa tan-Naxxar biex ikellmuhom il-Pulizija, dwar ġlieda li kellhom quddiem l-Iskola tan-Naxxar.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li kien għall-ħabta tat-8.30am meta ż-żewġ ommijiet ħebbew għal omm oħra li għandha 37 sena mill-Belt Valletta.
L-ommijiet l-oħra huma waħda ta’ 22 sena minn Ħaż-Żebbuġ u oħra ta’ 33 sena minn San Pawl il-Baħar.
Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.