3 oħra arrestati dwar droga

Dal-lejl il-Pulizija arrestat tliet persuni f’Paceville, wara li nqabdu fil-pussess tad-droga.
Il-persuni, li tnejn minnhom huma Maltin, filwaqt li l-persuna l-oħra hija ta’ nazzjonalità Bulgara, u li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn l-20 u d-29 sena, instabu fil-pussess ta’ sustanzi suspettati tal-ecstasy, kokaina u kannabis. Qed jingħad li dawn kienu lesti biex jiġu traffikati.
It-tliet persuni qed jinżammu mill-Pulizija sabiex jgħinu fl-istħarriġ li hemm għaddej fuq il-każ.
Ilbieraħ filgħaxija ġew arrestati tliet persuni oħra f’Ħal Qormi b’rabta ma’ sejba oħra tad-droga.