3 nisa jqabbdu żoo Ġermaniż “bi żball”; imutu 8 xadini

A burned monkey house is pictured in the zoo of Krefeld, Germany, January 1, 2020. REUTERS/Thilo Schmuelgen

Read in English.

Fanal taċ-Ċiniżi, li tajjritu mara ta’ 60 sena flimkien maż-żewġt itfal tagħha f’ċelebrazzjoni tas-sena l-ġdida, ikkawża n-nar f’żoo fil-Ġermanja.

Fost l-annimali maqbudin fin-nirien kien hemm 8 xadini kbar.

Il-Pulizija fi Krefeld, il-Ġermanja, spjegat kif it-3 nisa irrappurtaw lilhom infushom wara li saru jafu li qabad żoo. Kienu xtraw ħames fanali fuq l-Internet, għalkemm ilhom illegali għal madwar 10 snin fil-Ġermanja. Huma ħasbu li huma legali f’lejliet is-sena l-ġdida. Tajjru l-fanali b’intenzjonijiet tajba.

Pulizija li kien fuq il-post spjega li ra ħafna iġsma ta’ nies qabel. Irrimarka li l-iġsma ta’ xadini maħruqin kienu jixbħu ħafna lil dawk tan-nies.