3 miżmuma mill-Pulizija wara argument fl-Imsida

Tliet persuni qed jinżammu mill-Pulizija wara argument bejn numru ta' persuni fl-Imsida.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma' Newsbook.com.mt li l-argument beda għall-ħabta tas-18:00 fi Triq Antonio Bosio.
Il-Pulizija ma kinetx f'pożizzjoni tgħid kemm kien hemm nies involuti fil-ġlieda. Però, qalet li ħadd ma kellu jittieħed l-isptar.
Skont il-midja lokali, il-persuni nvoluti ma kenux ta' nazzjonalità Maltija.