3 mixlija dwar sejba kannabis; 1 jingħata l-ħelsien mill-arrest

Raġel ta’ 35 sena li f’Ottubru li għadda nżamm arrestat ingħata l-ħelsien mill-arrest. Huwa kien akkużat li f’Ottubru huwa flimkien ma‘ żewġ persuni oħra kellhom fil-pussess tagħhom il-kannabis li jidher li ma kinitx għall-użu personali tagħhom.

Għalkemm ħadd mill-akkużat ma talbu l-ħelsien mill-arrest jidher li r-raġel staqsa għall-ħelsien aktar tard fis-seduta.

Huwa ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €750 u garanzija personali ta’ €8,000. Huwa ġie ordnat li jiffirma tliet darbiet fil-ġimgħa u jsegwi l-ħinijiet imposti fuqu.