3 mis-Sorelle jerġgħu jiltaqgħu ma’ missierhom

Min isegwi s-sensiela Sorelle fuq TVM kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-3pm jafu li Paul Livori huwa mejjet. Minkejja dan iżda tlieta mis-Sorelle xorta reġgħu ltaqgħu ma’ missierhom.

Ritratt: Ivan Borg

Dan mhux xi episodju mis-sensiela iżda l-laqgħa saret waqt il-party ta’ Rewind Productions, li ġie organizzat fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u li għalih attendew ħafna mill-atturi u l-crew tal-produzzjonijiet F’Ġieħ l-Imħabba, Sorelle u Ħbieb u Għedewwa li din il-kumapnija tipproduċi.


Rewind Productions ħadu l-opportunità biex jirringrazzjaw lil newsbook.com.mt tal-appoġġ li qed jagħtu b’mod kontinwu lill-produzzjonijiet lokali!

Il-cast u l-crew ta’ Rewind Productions

Rewind Productions rringrazzjaw lit-telespettaturi, l-atturi, tal make-up u tax-xagħar, l-isponsors u tal-locations ta’ kull ma għamlu magħhom matul is-sena kollha!

Il-cast u l-crew ta’ Rewind Productions

Fis-sena l-ġdida Rewind mhux biss se jkunu qed jippreżentaw F’Ġieħ l-Imħabba u Sorelle fuq it-televiżjoni loakli , iżda wkoll se jkunu qed iwasslu is-sitt u l-aħħar staġun tas-sensiela popolari Ħbieb u Għedewwa.

Aktar dettalji dwar dawn il-puntati se jinħarġu dalwaqt.