3 mill-278 immigrant li ma tħallewx jidħlu Malta jiddaħħlu Palermo

Twitter

Tliet persuni mill-278 immigrant abbord Open Arms, il-bastiment li kien fl-ibħra territorjali Maltin li ma tħalliex jidħol Malta, iddaħħlu Palermo.

Dawn kienu żewġ nisa tqal u r-raġel ta’ waħda minnhom, li tniżżlu Sqallija lbieraħ filgħaxija.

L-għaqda Open Arms qalet li għadhom siguri fl-ibħra territorjali tal-Italja, imma hemm ħafna tensjoni abbord.

Ilbieraħ ingħad li dawn il-persuni kienu ilhom sebat ijiem bejn sema u ilma, iżda l-Gvern Malti rrifjuta li jagħtihom assistenza medika jew port sigur meta kienu fiż-żona ta’ salvataġġ Maltija.