$3 miljun għal min jiħħekkja Google Chrome

Google għadha kif għamlet offerta ta’ ftit iżjed minn 3 miljun dollaru Amerikan lil kwalunkwe hacker li jirnexxielu jaċċessa fis-sistema tal-internet ta’ Google Chrome. Il-kumpanija tinsab kunfidenti ħafna fis-sigurtà ta’ din is-sistema li qed tagħmel din l-offerta lil hackers li se jieħdu sehem f’kuntest internazzjonali tal-hacking.

Huwa mifhum li matul dan il-kuntest l-iktar li jista’ jiġri waqt id-diversi hacks huwa li s-sistema tal-Google Chrome titlef kemmxejn il-valur u l-kwalità tagħha. Jekk dan jiġri, il-kontestanti jirbħu bejn $100,000 u $150,000.

Biex hack tkun ikkunsidrata, din għandha ssir permezz ta’ laptop partikolari minn fuq il-paġni tal-internet b’konnessjoni Wi-Fi.

Fil-passat, Google kienet għamlet offerti oħra ta’ $1 miljun u $2 miljuni għall-istess skop. Il-kumpanija qatt ma ħallset l-ammont totali li offriet.