3 militanti Iżlamiċi jinqatlu fil-Libja

Fil-Libja, tliet militanti tal-Istat Iżlamiku u tliet persuni ċivili, nqatlu waqt sensiela ta’ attakki ftit ‘il bogħod mill-belt ta’ Derna. 
Il-ġlied kien bejn il-militanti u grupp ta’ żgħażagħ armati li ppruvaw iwaqqfu lit-terroristi milli jidħlu fil-belt ta’ Kersa, billi jgħaddu mill-belt l-oħra ta’ Ras Al Helal.