3 messaġġi tal-Papa Franġisku dwar id-daħk u l-karnival

Read in English.

Fadal biss ftit sigħat biex jiġi fi tmiemu l-briju tal-karnival u jibda l-perjodu ta’ sagrifiċċju.

Wieħed ma jistenniex lill-Papa Franġisku jitkellem dwar iż-żmien ta’ bluha. Madanakollu matul is-snin, Franġisku wera kemm id-daħk u s-sens ta’ umoriżmu hu importanti għalih kif ukoll għal kull persuna fid-dinja.

X’jgħid dwar dan il-Papa Franġisku?

  • “Is-sens ta’ umoriżmu huwa rigal li nitlob għalih kuljum għax itellagħlek il-moral, jurik li l-ħajja hi qasira” (TV2000, 20 ta’ Novembru 2016)
  •  “Id-daħk huwa l-aqwa mediċina biex wieħed jegħleb it-tentazzjoni li jħossu importanti u jinjora lil ħaddieħor” (Il-Perù, 22 ta’ Jannar 2018)
  • “Li nitgħallmu nidħku bina nfusna tagħtina abbilità spiritwali li mmorru quddiem il-Mulej mhux biss bis-suċċessi, imma wkoll bil-limitazzjonijiet, bid-dnubiet u bl-iżbalji tagħna” (Il-Perù, 22 ta’ Jannar 2018)

Taf li l-Papa Franġisku fi żmien il-karnival fis-snin li għaddew, kien ġie wiċċ imb wiċċ ma’ verżjoni ċkejkna tiegħu? Iltaqa’ ma’ tifel ta’ 19-il xahar, Daniele De Sanctis, meta dan mar mal-familja tiegħu għal udjenza ġenerali tal-Papa fil-Vatikan (Il-Vatikan, 26 ta’ Frar 2014)