3 MEPs Maltin finalisti għar-rikonixximent prestiġġjuż tal-MEP tas-Sena

Roberta Metsola, Therese Comodini Cachia u Miriam Dalli huma finalisti għall-premju prestiġġjuż tal-Ewroparlamentari tas-sena f’kategoriji differenti.
Miriam Dalli ġiet nominata fil-kategorija tal-Enerġija, Therese Comodini Cachia fil-kategorija tal-Corporate Governance u Roberta Metsola, li kienet ir-rebbieħa tas-sena li għaddiet, ġiet nominata fil-kategorija tal-Ġustizzja u l-Libertajiet Ċivili.
Fost in-nominazzjonijet l-oħra l-aktar interessanti hemm dik ta’ Vivianne Reding, li kienet Kummissarju Ewropew fi żmien id-diskussjoni bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea dwar il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment u Julia Reda li mexxiet rapport fil-Parlament Ewropew dwar il-futur tal-aġenda diġitali fl-Ewropa.
Hemm ukoll Eva Kaili li ressqet rapport b’riperkussjonijiet kbar għall-Malta minħabba l-proposta ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u Marc Tarabella li kien ressaq rapport li kien jinkludi l-abort bħala dritt għall-mara.