3 mejta wara li ajruplan żgħir ħabat ma’ dar fil-Ġermanja

Police officers are seen at the scene where an ultra-light aircraft has crashed into a residential building in Wesel, Germany, July 25, 2020. REUTERS/Leon Kuegeler

Read in English.

Tliet persuni mietu u tifel weġġa’ wara li ajruplan żgħir baqa’ dieħel f’dar fil-Ġermanja.
Skont ir-Reuters, il-każ seħħ fil-Istat ta’ North-Rhine Westphalia. Ir-Reuters kien qed jikkwota lill-Pulizija Ġermaniża.

Is-saqaf tal-blokk ta’ apartmenti fil-belt ta’ Wesel ħa n-nar wara li l-ajruplan microlight ħabat fih.

Skont rapporti fil-midja Ġermaniża, xhieda fuq il-post qalu li l-ajruplan ħabat ma’ hot-air balloon qabel ma waqa’.