Read in English.
Tal-anqas tliet persuni sfaw mejta wara għargħar f’Sardinja, skont l-awtoritajiet u l-midja lokali.
L-aktar villaġġ affettwat huwa dak ta’ Bitti fil-provinċja Nuoro, fejn it-toroq inbidlu fi xmajjar ta’ tajn li għatta l-karozzi u għerreq il-kantini.
Bidwi ta’ 55 sena nqatel minn valanga, u raġel ta’ 90 sena miet ġo daru, skont ma ġie rappurtat fil-midja Taljana. Għaddejjin tfittxijiet għal mara li għandha fuq 90 sena, u għal diversi persuni oħrajn.
Hemm diversi villaġġi li qed tinqatgħalhom il-provvista tal-elettriku.
Aktar xita qawwija mistennija taħkem il-gżira Taljana għada.