3 Maltin u barrani se jindifnu mill-Gvern

Arkivji: DOI

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħareġ avviż li fih qal li d-Dipartiment tas-Saħħa se jkun qed jorganizza d-dfin ta’ erba’ persuni li l-katavri tagħhom kienu għadhom ma ndifnux b’mod privat. Id-dfin se jsir sas-26 ta’ Awwissu li ġej.

Dan l-avviż ħareġ fil-Gazzetta tal-Gvern bl-ismijiet tal-erba’ persuni li huma: Nazareno Bartolo, b’karta tal-identità Għawdxija, Peter Cilia u Peter Charles Cotton b’karta tal-identità Maltija u Bhagwani Kirpalani li huwa barrani.

Fl-aħħar xhur, ħadd mill-qraba tal-persuni ma wieġeb għas-sejħiet tal-isptar.

Newsbook.com.mt għamel kuntatt mal-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei Ivan Falzon. Falzon spjega li skont il-proċeduri tal-isptar iridu jgħaddu mal-4 jew 6 xhur sakemm l-awtoritajiet tas-saħħa jaslu għal dan il-pass li d-difna tiġi organizzata mill-Gvern.

Fisser kif hemm diversi stadji li minnhom l-isptar jagħmel dak kollu possibbli biex jiġu identifikati l-qraba tal-vittmi u jintbagħtu biżżejjed tfakkiriet. Qal li fil-każ ta’ katavri ta’ persuni barranin isir kuntatt konsulari mall-missjonijiet diplomatiċi tan-nazzjonalità tal-persuna. Jintbagħtu wkoll ittri legali lill-persuni kkonċernati.

Falzon qal ukoll li l-isptar jagħmel eċċezzjonijiet f’każijiet umanitarji.