​3 Maltin imutu f’ħabta fl-Awstralja

Tliet Maltin tilfu ħajjithom f’inċident tat-traffiku waqt li kienu għal btala fl-Awstralja.
Dorren u Lorry Pulis, koppja Maltija minn Birżebbuġa, ta’ 58 u 57 sena, u ħu Doreen ta’ 74 sena,  mietu fuq il-post fejn seħħet il-ħabta, f’Sydney.
Fil-ħin tal-ħabta bejn it-trakk u l-karozza li kien qed isuq ħu Doreen, il-koppja kienet fuq wara tal-karozza.
Il-koppja marret l-Awstralja fost l-oħrajn għal tieġ.
Is-sewwieq tat-trakk ma sofra l-ebda ġrieħi.