Aġġornata: 3 Libjani jinġiebu Malta għall-kura

3 Libjani waslu Malta bl-Air Ambulance minn Tripli ftit wara l-ħdax tal-bieraħ filgħaxija.
Diversi ambulanzi kienu fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta li stennew l-inżul tal-ajruplan u wara ħadu lil-Libjani fl-isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura medika.
Aktar kmieni:
3 Libjani mistennija jaslu Malta fil-ħin li ġej bl-Air Ambulance, minn Tripli.
It-tlett Libjani se jingħataw il-kura fis-sezzjoni li twaqqfet apposta għal dawn it-tip ta' każijiet fl-isptar Mater Dei.