3 l-isptar wara li bdew jagħtu fil-Ħamrun

CMRU

Tliet irġiel spiċċaw l-isptar wara li kienu qed jiġġieldu fil-Ħamrun.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata li kien hemm argument fi Triq Żimelli kantuniera ma’ Triq Stiefnu Żerafa fid-9.15am.

Qalet li l-argument kien bejn żagħżugħ ta’ 24 sena u żewġt irġiel ta’ 41 u 42 sena. Allegatament waqt l-argument intuża oġġett iebes tal-ħadid.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-irġiel kollha l-Isptar Mater Dei.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena weġġa’ gravi. Il-kundizzjoni taż-żewġt irġiel l-oħra kienet għadha mhix magħrufa sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.