Aġġornata: 3 l-isptar wara ħabta fiż-Żurrieq

Tliet persuni ttieħdu l-isptar wara ħabta bejn tliet vetturi li seħħet fil-4pm f’Valletta Road, fiż-Żurrieq.
L-inċident seħħ hekk kif karozza misjuqa minn tfajla ta’ 21 sena, li kienet sejra fid-direzzjoni taż-Żurrieq, għal xi raġuni spiċċat fuq il-karreġjata l-oħra fejn baqgħet dieħla ġo vann. Il-vann kien misjuq minn raġel li ma sofra l-ebda ġrieħi.
Konsegwenza ta’ dan, mutur li kien qiegħed isuq wara l-vann spiċċa wkoll involut fl-inċident.
Il-mutur kien misjuq minn Ġermaniż ta’ 26 u kellu miegħu passigiera Ġermaniża wkoll ta’ 24 sena.
It-tfajla li kienet qed issuq il-karozza u ż-żewġ persuni rikba l-mutur ittieħdu l-Isptar Mater Dei. 
Aktar tard kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma' Newsbook.com.mt li l-persuni kollha involuti sofrew biss ġrieħi ħfief.