Tifel fost 3 l-isptar wara ħabta fil-Fgura

Malta Police Force

Tliet persuni fosthom tifel qed isofru minn ġrieħi ħfief wara ħabta bejn żewġ vetturi fil-Fgura.

L-inċident ġara għall-ħabta tas-2.30pm il-Ħadd fi Triq Hompesch.

Il-vettura li kienet misjuqa minn raġel ta’ 42 sena mill-Fgura, u fiha kien hemm tifel ta’ 9 snin mill-Fgura, mara ta’ 35 sena mill-Fgura u raġel ta’ 58 sena minn Ħal Tarxien ittieħdu l-isptar. It-tliet passiġġieri ttieħdu l-isptar b’ambulanza.

Huma ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief.