Aġġornata (2): 3 kontra wieħed; raġel l-isptar wara daqqiet ta’ sikkina

Read in English.

Raġel ittieħed l-isptar wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina. Hu kien involut f’argument ma’ tliet persuni oħra l-Belt.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għas-5.50pm f’Misraħ San Ġwann fil-Belt Valletta. Il-vittma ta’ 33 sena li huwa mill-Belt ittieħed l-isptar. Kelliema tal-Pulizija kkonfermat li l-vittma sofra minn ġrieħi ħfief.

Fuq il-post kien hemm madwar 10 uffiċjali tal-Pulizija.

Google Maps – Picture Perfect Malta

Il-pulizija qed tkellem tliet persuni b’rabta mal-każ.

Dawn hu tlett irġiel ta’ 33, 29, u 25 sena mill-Imsida, mill-Ħamrun, u mis-Siġġiewi rispettivament.