3 każijiet ġodda tal-coronavirus; ifiqu 7

REUTERS/Lucy Nicholson

Read in English.

Malta għandha tliet każijiet ġodda tal-coronavirus, filwaqt li fiequ seba’ persuni.

Dan tħabbar fuq il-paġna Saħħa fuq Facebook illum, peress li issa m’għadhomx qegħdin isiru l-konferenzi tal-aħbarijiet tas-Supretendent tas-Saħħa Prof. Charmaine Gauci.

B’kollox saru 977 test li minnhom irriżultaw tliet każijiet pożittivi fl-aħħar 24 siegħa. Issa Malta għandha 33 każ attiv.

OFFICIAL COVID-19 figures for 05•06•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Friday, June 5, 2020

Ilbieraħ ma tħabbar l-ebda każ ġdid tal-coronavirus f’Malta, waqt li fiequ 14-il persuna.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn