3 każi ta’ korruzzjoni fil-futbol fl-2017

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia qal li matul is-sena li għaddiet, il-Pulizija rċeviet u investigat tliet rapporti relatati mal-korruzzjoni tal-futbol.
Il-Ministru kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.
Din is-sena, żewġ eksplejers tal-futbol mit-Tim Nazzjonali Malti nstabu ħatja dwar xiri ta’ logħob u tkeċċew għal ħajjithom mill-Bord tal-Kontroll, Etika u Dixxiplina.