3 każi ġodda minn 851 swab tests

Miguela Xuereb

Read in English.

Malta reġistrat tliet każi ġodda ta’ coronavirus minn 851 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li b’kollox hemm 29 każi attivi f’Malta. S’issa fiqu 597 persuni.

Il-Maltin u l-Għawdxin issa jistgħu jibdew jittestjaw lilhom infushom permezz tal-antibody test li jiddetermina b’rata ta’ 100% jekk wieħed qattx kellu l-virus tal-Covid-19.

Is-servizzi tal-Laboratorju Mediku fl-isptar Saint James ħabbar li bdew jagħmlu dan it-test tad-demm b’kollaborazzjoni mad-distributur farmaċewtiku Malti Vivian. Vivian qed jagħmel dan bi sħab mal-kumpanija Roche li qed timmanifattura dawn it-testijiet.