3 każi ġodda; 2 ifiqu

Miguela Xuereb

Read in English.

Malta reġistrat 3 każi ġodda ta’ coronavirus. Intant fiqu żewġ persuni oħra.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li bħalissa hawn 37 każi attivi. Spjega li t-tliet każi tal-lum huma parti minn cluster magħruf li issa jammonta għal 17-il każi.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li Malta se tirritorna lura għan-normalità sħiħa fil-15 ta’ Lulju.

Waqt li kien qed jiġi intervistat fuq l-istazzjon ONE TV minn ġurnalisti ta’ tliet kmamar tal-midja differenti, Abela ħabbar li llum se titneħħa d-dikjarazzjoni tal-istat ta’ emerġenza ta’ saħħa pubblika f’Malta.

Abela fakkar li fl-1 ta’ Lulju se jerġa’ jinfetaħ l-ajruport. Qal li Iżrael se jitneħħa mil-lista però li se jiżdiedu l-Italja (ħlief għar-reġjun ta’ fuq), Franza (b’xi eċċezzjonijiet), Spanja (b’xi eċċezzjonijiet), il-Polonja, il-Greċja, u l-Kroazja.