Read in English.
Matul is-sena l-oħra f’Malta kienu rreġistrati tliet każi ta’ vjolenza domestika kuljum.
Il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li matul l-2017, l-Aġenzija Appoġġ ħadmet fuq 1,140 każ ta’ vjolenza domestika.
Il-Ministru kien qed iwieġeb għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Mario Galea.
Huwa qal li dan it-tagħrif joħroġ mir-rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika, li kien ppreżentat fil-Kamra, f’Mejju li għadda.