3 karozzi jieħdu n-nar f’San Ġwann

Christoph Schwaiger

Read in English.

Tliet karozzi ħadu n-nar f’San Ġwann matul il-lejl li għadda.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ fis-2.30am fi Triq il-Qalbiena.

Il-ħruq beda minn karozza partikolari u mbagħad infirex għaż-żewġ karozzi maġenba.

Dwar il-każ infetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.