Tliet karozzi ħadu n-nar f’Ħaż-Żabbar
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30pm fi Triq Villa Abbate, magħrufa bħala Marsascala bypass.
Fuq il-post isejħu l-Pulizija flimkien mal-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili li sabu l-vetturi li kienu laħqu ħadu n-nar.
Għadu mhux magħruf jekk dan kienx inċident jew inkella kienx intenzjonat.
Jidher li ħadd ma weġġa’ kawża ta’ dan l-inċident.